Xagħar afrikan African hair

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal XAGĦAR AFRIKAN għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal XAGĦAR b’id waħda li tieħu l-forma ta’ F bis-saba’ l-kbir u l-werrej imissu u s-swaba’ l-oħra mifrudin u bil-pala tħares ’il barra. Is-saba’ l-kbir u l-werrej jaqbdu ftit xagħar mill-ġenb ta’ fuq ir-ras. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal AFRIKA b’id waħda forma ta’ 5 miftuħa bis-swaba’ dritti u mbegħdin minn xulxin. Il-pala tal-id tħares ’il barra waqt li l-id timxi f’nofs ċirku minn quddiem is-sider lejn il-ġenb billi titgħawweġ mill-polz u s-swaba’ jingħalqu.

The sign for AFRICAN HAIR has two parts. (i) First the sign for HAIR is made with one hand that takes the shape of F with thumb and index finger touching and the other fingers apart and palm facing outwards. The thumb and index finger hold onto some strands of hair from the side top of the head. (ii) Then the sign for AFRICA is made with one hand in the shape of 5 with fingers outstretched and apart. The hand moves, with palm facing outwards, from in front of the chest to the side in a semi-circle, twisting at the wrist. The fingers then come together.